Wara l-appelli tal-Kunsill Lokali ta' Tas Sliema, Triq it-Torri ingħatat wiċċ ġdid, ftit qabel ix-xhur tas-Sajf. Dan il-proġett se jkun parti minn proġett ħafna ikbar ta' €700 miljun ta' bini ta' toroq madwar il-pajjiż.
Il-Ministru Ian Borg, li kien qed jindirizza lill-ġurnalisti sostna illi Triq it-Torri kellha ssir minħabba li qed tiffaċċja kumplikazzjonijiet strutturali.
Ix-xogħol fuq din it-triq se tiswa €850,000 u se tkopri 5 Km, mill-Ferries sal-Bajja tal-Balluta.
"Ma nistgħux inkunu kredibbli jekk noqgħodu niftaħru fuq is-surplus u nħallu l-infrastruttura taqa' lura," sostna l-Ministru Ian Borg. Huwa sostna li dan il-proġett se jgħin lin-negozji fiż-żona li qed jistennew influss ta' turisti fix-xhur li ġejjin."