'Għandu jkun hawn aċċess għall-aqwa mediċina għall-kanċer' - PN
Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-PN jinsisti li l-ġlieda kontra l-kanċer hija l-prijorità tiegħu u tal-Partit Popolari Ewropew
More in Politika
Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-PN jinsisti li l-ġlieda kontra l-kanċer hija l-prijorità tiegħu u tal-Partit Popolari Ewropew
Dalgħodu l-Partit Nazzjonalista tkellem dwar il-proposti tiegħu għall-ġlieda kontra l-kanċer u filwaqt li insista li din tibqa’ prijorità tiegħu, fakkar li rnexxielu jagħmel din prijorità wkoll għall-Partit Popolari Ewropew.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Stephen Spiteri u l-kandidati Francis Zammit Dimech u David Stellini, tkellmu dwar l-importanza li l-ġlieda kontra l-kanċer tissaħħaħ mhux biss lokalment iżda anke fuq livell Ewropew.
Francis Zammit Dimech fakkar kif wara li l-Partit Nazzjonalista ressaq 30 proposta konkreta, issa dawn tressqu wkoll fuq livell Ewropew, bil-Partit Popolari jipproponi masterplan għal aktar fondi li jintużaw għar-riċerka u l-innovazzjoni.
Fost il-proposti li ressaq il-Partit Nazzjonalista, insista dwar il-bżonn li jkun hawn aċċess għall-aqwa mediċina u li jkun hemm aktar riċerka fuq dan il-qasam.
Kompla jisħaq li l-pajjiżi Ewropew jeħtieġ li jaħdmu flimkien, jaqsmu l-esperjenza tagħhom u jenfassizaw dwar l-importanza tal-prevenzjoni.
Min-naħa tiegħu, David Stellini fakkar li l-Partit Popolari Ewropew qed jinsisti li jiżdiedi b’mod sostanzjali l-fondi għar-riċerka u l-iżvilupp, għax jemmen li jekk il-pajjiżi jagħqdu r-riżorsi tagħhom, anke permezz ta’ fondi Ewropej, jiżidiedu r-riżultati.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri, appella wkoll dwar l-importanza li l-Gvern jgħin professjonisti Maltin biex jidħlu fil-qasam tar-riċerka kontra l-kanċer.