Il-prezzijiet tal-ikel ikomplu telgħin f'April ... tal-għamara u edukazzjoni jonqsu

Skont l-NSO il-prezzijiet tal-ikel komplew jiżdiedu f'April u dawk tal-edukazzjoni, l-għamara u l-affarijiet tad-djar raħsu.. 

Matul April il-prezzijiet tal-ikel u xorb mhux alkoħoliku komplew bix-xejra 'l fuq kif prattikament ilha x-xejra fl-aħħar xhur. Fil-fatt statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika matul April il-prezzijiet tal-ikel komplew jiżdiedu, globalment, b'0.2% meta mqabbel ma' Marzu. Ir-rata ta' inflazzjoni kienet ta' 3.8%.

Il-prezzijiet tal-ikel fil-fatt jibqa' l-akbar fattur li qed iwassal għall-għoli fil-prezzijiet. 

It-tieni l-ogħla żieda fil-prezzijiet kienet fil-qasam tal-lukandi u ristoranti, probabilment hekk kif issa bdew resqin ix-xhur iktar b'saħħithom u allura jogħlew il-prezzijiet. Ir-rata ta' inflazzjoni f'dan il-qasam kienet ta' 3.3%. 

Il-prezzijiet naqsu fil-qasam tal-edukazzjoni u dak kollu marbut miegħu (-4.8%) kif ukoll fil-qasam tal-għamara, affarijiet tad-dar (-0.1%) u komunikazzjoni (-0.1%)

 

More in Politika