Vot Ewropa 2019 | Il-PM Joseph Muscat jitfa' l-vot tiegħu f'Burmarrad

Il-Partit Labrurista qed iressaq 14-il kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew...

Il-PM Joseph Muscat u martu Michelle Muscat jivvutaw f'Burmarrad | Ritratt: Liam Carter
Il-PM Joseph Muscat u martu Michelle Muscat jivvutaw f'Burmarrad | Ritratt: Liam Carter

 Joseph Muscat, il-Prim Ministru ta' Malta u Mexxej Laburista, dalgħodu mar jivvota f'Burmarrad flimkien ma' martu Michelle Muscat. Hu kien milqugħ mill-Kummissarju Ewlieni Elettorali Joseph Chrurch u xi nies f'Burmarrad.

Il-Partit Laburista qed iressaq 14-il kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u iktar minn 300 kandidat għall-elezzjonijiet lokali. 

Il-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huma: Miriam Dalli, Alfred Sant, Alex Agius Saliba, Josef Caruana, Noel Cassar, Felix Galea Busuttil, Mary Gauci, James Grech, Robert Micallef, Joseph Sammut, Cyrus Engerer, Lorna Vassallo, Fleur Vella u James Grech. 

Ritratt | Liam Carter
Ritratt | Liam Carter
Ritratt | Lian Carter
Ritratt | Lian Carter

 

More in Politika