Wara xi ftit dewmien, il-kaxxi tal-voti nfetħu kollha u beda l-proċess tal-għadd tal-voti
Dan ifisser li sal-ħdax jew inkella ftit wara jista' jkollna l-ewwel indikazzjoni tar-riżultat.
Bħalissa l-voti qed jintwerew, jiġi deċiż jekk hux validi jew le u wara jgħaddu mill-magni.
Sadanittant, ir-rappreżentanti tal-partiti jibdew jieħdu dawk li jissejħu l-kampjuni, biex għall-ħabta tal-ħdax, jew ftit wara, inkunu nafu minn rebaħ l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, iżda mhux minn huma l-Ewroparlamentari.
Aktar tard waranofsinhar inkunu nafu minn se jkunu s-sitt Ewroparlamentari li se jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew.
Dan is-sit u l-paġna tiegħu ta' Facebook se jkunu qed jaġġornawkom kontinwament b'dak li se jkun qiegħed għaddej min-Naxxar.