Aġġornata | 72.6% ħarġu jivvutaw ilbieraħ ... ħafna votanti jibqgħu d-dar f'distretti tal-PN

L-illum.com.mt hija infurmata li d-disa', l-għaxar u t-tnax-il distrett kienu d-distretti bl-inqas numru ta' nies li vvutaw

72% marru jivvutaw ilbieraħ
72% marru jivvutaw ilbieraħ

Hekk kif issa ċ-ċifri uffiċjali għadhom kif ġew ippublikati kienu 72.6% tal-Maltin u Għawdxin li ħarġu jivutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Dan jimmarka tnaqqis minimu mill-istess elezzjoni fl-2014 meta kienu marru jivvutaw 74.8%. 

L-illum.com.mt jinsab infurmat illi l-aktar distretti illi fihom ma vvutawx nies kienu fid-disa', l-għaxar u t-12-il distrett, lkoll distretti illi fihom il-Partit Nazzjonalista huwa b'saħħtu. Skont l-aħħar informazzjoni jidher illi fl-għaxar distrett kienu biss 58.9% li ħarġu jivvutaw filwaqt li fit-tnax il-distrett il-persentaġġ kien dak ta' 59.77%.

 Id-disa' distrett fih il-lokalità tas-Swieqi li hija l-aktar lokalità Nazzjonalista f'Malta, l-10 distrett fih il-lokalità ta' Tas Sliema,fortizza Nazzjonalista, filwaqt li t-12-il distrett fih il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, li kienet ukoll lokalità b'maġġoranza Nazzjonalista matul is-snin.

Jidher illi l-aktar distrett illi fih ivvutaw nies huwa r-raba' distrett, li jinkludi Raħal Ġdid, Santa Luċija u l-Fgura, lkoll lokalitajioet b'maġġoranzi kbar Laburisti.

 

More in Politika