Iż-żewġ kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew li jinsabu fuq quddiem sa issa huma Roberta Metsola u David Casa.
Sorsi mill-Partit Nazzjonalista fis-Sala tal-Għadd tal-Voti, kif ukoll uffiċjali tal-partit, ikkonfermaw illi filwaqt li Metsola sejra tajjeb ħafna, fl-aħħar ħinijiet Casa għadda lil Frank Psaila waħda sew fin-numru ta' unijiet li kiseb.
Casa u Psaila ilhom f'taqtiegħa għat-tieni siġġu li qed jidher dejjem aktar illi se jkun l-aħħar wieħed tal-Partit Nazzjonalista. Dan ma jfissirx li Psaila m'għandux ċans jitla' imma sa issa qed jidher illi fl-unijiet qabeż lil Psaila sew.
Sa issa l-ebda wieħed/waħda minn dawn il-kandidati ma dehru fiis-Sala tal-Għadd tal-Voti, għalkemm jistgħu jiġu aktar tard ilejla.