Illum jibda t-tieni proċess tal-għadd tal-voti fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali wara rebħa Laburista lbieraħ fl-ewwel għadd. Il-Partit Laburista lbieraħ rebaħ maġġoranza ta' voti fi 17-il lokalità, għalkemm fil-Fontana xorta mhux se jmexxi hu għaliex il-PN tella' maġġoranz ta' siġġijiet..
Illum, fit-tieni grupp, l-atttenzjoni kollha se tkun fuq it-tieni l-ikbar lokalità ta' Malta, Birkirkara. Din il-lokalità għal ħafna snin kienet meqjusa bħala waħda Nazzjonalista, hekk kif minnha ħareġ l-eks Prim Ministru u Kap Nazzjonalista Eddie Fenech Adami.
Missielta wkoll mistennija jkunu l-lokalitajiet tar-Rabat (Malta) fejn is-Sindku Laburista rreżenja mill-Partit Laburista, l-Imsida fejn Kunsillier Laburista ieħor irreżenja u San Ġwann li fl-aħħar snin dejjem kellu riżultat mill-aktar qrib bejn il-PN u l-PL.