Nhar Sibt se jitlaqqa' l-Eżekuttiv tal-PN biex ikun deċiż min se jieħu post Stellini

Nhar is-Sibt ikun deċiż min se jieħu s-siġġu Parlamentari ta David Stellini wara li dan irreżenja

Nhar is-Sibt li ġej se jiltaqqa' l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista biex jittieħed il-vot dwar il-co-option ta' persuna fil-Parlament li se tieħu post David Stellini. 

Stellini rreżenja ftit sigħat wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew meta qal li kellu jieħu din id-deċiżjoni "fi sfond ta' klima politika li ma' tagħmilx gieħ lill-Maltin u l-Għawdxin, fejn il-firda nazzjonali tirrenja fuq l-għaqda li tant hemm bżonn biex dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem."

Insista li l-istess klima ma tgħinx nies ġodda bħalu fil-politika, b'mod partikolari mill-Oppożizzjoni, biex jagħmlu d-differenza "kemm fuq livell politiku, kif ukoll fuq livell personali."

More in Politika