Il-PM Joseph Muscat ħabbar illi l-perjodu minimu ta' kirja se tibda tkun ta' sena, xi ħaġa li qal se tagħti "ċertezza kbira" lill-inkwilin. Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat nhar l-4 ta' Diċembru li għadda illi l-Gvern fil-fatt se jmur għal kirja ta' din id-durata minima. Għalkemm ħafna mill-aġenti fil-fatt jikru għal minimu ta' sena, sa issa m'hemm ebda forma ta' obbligu fil-liġi.
Fakkar illi meta saru bidliet goffi, "is-suq irribella, ma mexiex u spiċċajna b'ħafna proprjetà vojta ... dan huwa periklu reali għax diġà għaddejna minnu. U allura morna għal regolamentazzjoni illi permezz tagħha s-sid ikun inċentivat, mhux mġiegħel." Hu qal illi l-Gvern se jkun qed jagħti inċentiv fiskali lil dawk li jikru fit-tul, għal iktar minn sena u li ma jgħollux il-kirja ħafna.
Huwa sostna illi kull kirja jeħtieġ ikollha dokumentazzjoni marbuta magħha.
Muscat qal illi dan il-Gvern qed jipproponi l-bidla u li jgħix għal bidla. "Dak li ħaddieħor m'għamilx, għamilnieh aħna."
Kienet il-gazzetta ILLUM l-ewwel li ppublikat stejjer dwar il-prezzijiet tal-kirjiet li fl-aħħar snin splodew. L-ewwel bil-proposta ta' Yana Mintoff għal kontrolli fil-prezzijiet tal-kirjiet, proposta li la l-Gvern u lanqas l-Oppożizzjoni ma laqgħu.
Il-gazzetta ILLUM baqgħet ssegwi sakemm kienet żvelat diversi miżuri li saru fil-baġits li ġew imħabbrin maż-żmien, kif ukoll diversi analiżi tas-sitwazzjoni barra minn Malta.
Ara wkoll hawn dwar ir-reazzjonijiet għad-dokument li kien ippublika l-Gvern
Ara hawn x'qal wieħed mill-imħuħ wara l-bidliet imħabbrin illum
Ir-riforma proposta spjegata pass, pass
Ara x'kienu talbu 20 għaqda dwar il-prezz tal-kirjiet
Ara hawn l-appelli tal-Isqfijiet ta' Malta
Ara hawn dwar ir-rabta bejn il-kirjiet u l-faqar
Ara hawn x'kien qal Roderick Galdes f'intervista mal-ILLUM