Kienu rrappurtati diversi vittmi hekk kif żewġ attakki permezz ta' karozzi bombi heżżew il-kapitali tat-Tuneżija, Tunis. Mill-inqas persuna waħda titlef ħajjitha. Il-Persuna li nqatlet kienet pulizija.
L-ewwel attakk seħħ fiż-żona popolari tax-xiri fi Vjal Habib Bourgiba u mill-inqas ħamsa minn nies spiċċaw feruti. It-tieni splużjoni seħħet ħdejn għassa tal-Pulizija fin-naħiet ta' barra tal-belt u weġġgħu mill-inqas erba' minn nies.
Żewġ uffiċjali tas-sigurtà u żewġ persuni oħrajn weġġgħu fl-ewwel attakk hekk kif kienu ħdejn karozza tal-Pulizija.
Dan l-attakk jiġi wara attakki oħrajn fil-kapitali u erba' snin wara attakk mdemmi f'Sousse li ħalla iktar minn 30 persuna mejta. Kien biss fl-aħħar sena illi t-turiżmu fit-Tuneżija beda jirpilja, b'turisti Ingliżi jirritornaw.