"Ilbieraħ il-Partit Nazzjonalista għamel pass kbir 'il quddiem fid-direzzjoni t-tajba." Hekk sostna il-membru tal-Eżekuttiv u l-wiċċ tal-petizzjoni biex jitlaqqa' l-Kunsill Ġenerali tal-PN, Ivan Bartolo.
Hu sostna illi lbieraħ 80 persuna fl-Eżekuttiv ġew flimkien u ffokaw fuq dak li jgħaqqad lill-partit. "Iddiskutejna l-isfidi kollettivi u rnexxielna nkissru l-istatus quo, permezz tal-opinjonijiet diversi tagħna."
Bartolo kompla jgħid li lbieraħ s-sens komun rebaħ u "konna xhieda ta' oġġettività li rebħet fuq is-suġġettività."
Huwa temm jgħid li issa dan l-atteġġjament għandu jkun in-norma u li l-partit jirrealizza li s-saħħa tiegħu hija fid-diversità.