Il-Kap tal-Oppożiżżjoni Adrian Delia għamel appell b'saħħtu dwar il-bidla fil-klima hekk kif jirriżulta illi Ġunju kien l-aktar xhar sħun fl-istorja tad-dinja. Huwa jagħmel parallel mas-sitwazzjoni fil-partit u jistqasi: 'Qed titmasħan dwar il-partit tagħna? Jew forsi dwar il-pajjiż?'
U jkompli jgħid li jekk inħarsu lilhinn mir-realtà ta' pajjiżna u minn dawk li jsejħilhom 'trivjalitajiet', "nifhmu li l-pjaneta tagħna qed tgħaġġel lejn punt li ma tistax tirritorna minnu.
"Mela ejjew inneħħu t-trivalitajiet, ejja nitilfu l-pożizzjonijiet ta' kburija u ningħaqdu fl-ikbar sfida tad-dinja li qatt iffaċċja l-bniedem. It-tmiem tad-dinja kif nafuha."
Huwa sostna biex ningħaqdu għas-sopravivenza, qabel ma jku tard wisq. "Ejja inbiddlu l-istil ta' ħajja tgaħna."