‘L-aċċessibilità tonqos qiegħda mhux tiżdied’
Il-President tal-KNPD Oliver Scicluna jisħaq mal-ILLUM li m’hawnx infurzar tajjeb u li għalhekk l-aċċessibilità tonqos qiegħda mhux tiżdied...
More in Politika
Il-President tal-KNPD Oliver Scicluna jisħaq mal-ILLUM li m’hawnx infurzar tajjeb u li għalhekk l-aċċessibilità tonqos qiegħda mhux tiżdied...
“L-aċċessibilità tonqos qiegħda mhux tiżdied speċjalment bis-siti ta’ kostruzzjoni kollha li hawn.” Hekk sostna, xi ftit irrabjat, il-President tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) Oliver Scicluna f’kummenti ma’ din il-gazzetta.
Scicluna rrimarka kif issir ħafna diskussjoni dwar l-impatt tal-kostruzzjoni f’pajjiżna imma s’issa qatt ma kien ikkunsidrat kif l-aċċessibilità tonqos minħabba bankini li jingħalqu jew inkella xogħol li joħloq ingombru.
Dan sakemm il-ġimgħa l-oħra l-istess KNPD fetħet protest ġudizzjarju kontra l-grupp db u l-Kunsill Lokali ta’ Pembroke, hekk kif dan tal-ewwel imblukkat xi bankini fis-sit fejn il-grupp jtixtieq jagħmel il-proġett tiegħu.
“Jiena ma nwaħħalx fl-iżviluppaturi. Jiena nwaħħal f’min suppost qed jinforza, għax l-infurzar mhux qed isir,” sostna Scicluna.
“Din lanqas biss hija xi ħaġa dwar il-persuni b’diżabilità, din hija dwar il-fatt li bankina qiegħda hemm għall-pubbliku, għal dawk li qed jimxu. Meta tagħlaq bankina qed ixxekkel lil persuna milli tgħaddi u fil-każ ta’ persuna fuq is-siġġu tar-roti, iktar u iktar tkun qed ixxekkel.”
Huwa qal illi l-KNPD tirċievi rapporti dwar nuqqas ta’ aċċessibilità, kif fil-fatt irċeviet mingħand Arnold Cassola dwar is-sit tal-ITS.
L-ILLUM staqsiet lil Scicluna jekk il-KNPD ħaditx xi passi wkoll fuq ilmenti dwar aċċessibilità f’Paceville iżda dan indika li ftit li xejn sar f’dan ir-rigward.