F'risposta għall-istqarrija ta' Repubblika lbieraħ il-President George Vella qal li filwaqt li l-għaqda in kwistjoni għandha kull dritt tagħti l-opinjoni tagħha, m'għandhiex dritt tgħawweġ il-fatti.
Vella qal li hu rrikonoxxa l-proposti ta' Repubblika, kellu risposta mingħand Marion Pace Asciak (il-Kelliema ta' Repubblika) u kien lest jiltaqa' ma' din l-għaqda, minkejja li lbieraħ dawn qalu li Vella lanqas qatt ma rrikonoxxa l-proposti tagħhom.
Ara hawn x'qalu fl-istqarrija tagħhom Repubblika dwar ir-riforma Kostituzzjonali
Vella qal li hu ma rċieva l-ebda proposti mingħand Repubblika lbieraħ, kif qalet l-istqarrija. "Dan huwa tgħawwiġ tal-verità," sostna filwaqt li qal illi l-aħħar li rċieva proposti kien nhar il-15 ta' Marzu li għaddew.
Fl-istess ġurnata huwa bagħat jgħarraf li rċieva dawn il-proposti u qal li minħabba li ma kienx fl-uffiċċju ma setgħax jiddiskutihom. Wiegħed iżda li jkun lest jiddiskuti ladarba jkun lura l-uffiċċju.
Huwa qal li Marion Pace Asciak irringrazzjatu tar-risposta pronta u qaltlu li kienu qed jistennew bil-ħerqa biex jiltaqgħu miegħu u jiddiskutu.
"Daqshekk kredibbli," qal il-President tar-Repubblika.
'Ittra li għamlet ħafna ħsara lill-Uffiċċju tal-President' - Repubblika
Intant Repubblika wieġbu u qalu illi l-istqarrija tal-President hija diżgustanti u żbaljata fuq il-fatti. Huma qalu li hu kien wiegħed li se jiddiskuti ladarba jkun President. Imma wara li sar President baqa' m'għamilx kuntatt magħhom.
"Meta baqa' ma kien hemm ebda kuntatt," qalet l-istqarrija. "Il-President għandu jiċċekkja l-ktieb ħdejn ir-reception fejn iffirmat Marion Pace Asciak."
"L-istqarrija għawġet il-fatti u mhux informata għamlet ħafna ħsara lill-kredibilità lill-Uffiċċju tal-President."