Żieda fis-self tal-kotba mill-libreriji pubbliċi matul l-2018

Żieda b'aktar minn 100,000 f'self ta' kotba mill-Libreriji Pubbliċi matul l-2018 

Żieda fis-self tal-kotba fl-2018
Żieda fis-self tal-kotba fl-2018

Ċifri mogħtija mill-Libreriji ta' Malta indikaw illi fl-2018 is-self tal-kotba kien ta' 1,022,346 jew żieda ta' 111,370, jiġifieri 12%, meta mqabbel mal-2017. 

Iż-żieda fis-self tal-kotba kien fid-distretti kollha madwar Malta u Għawdex. 

L-akbar tkabbir fis-self tal-kotba bħala perċentwali minn libreriji pubbliċi kien fid-ditsrett tal-Punent, b'żieda ta' 36.6% fuq is-sena li għaddiet. L-akbar żidiet kienu rreġistrati f'Ħad Dingli, Ħ'Attard u l-Imtarfa, b'74%,52% u 48% rispettivament. 

L-akbar tnaqqis ta' self tal-kotba kienu fil-libreriji tal-Isla, Ta' Kerċem u l-Kalkara, bi tnaqqis ta' 48%, 23% u 18.4% rispettivament. 

 

More in Politika