F'Awwissu ir-rata tal-inflazzjoni skont il-Indiċi Armonizzat tal-Konsumatur kien 1.9%, żieda ta' 0.1% meta mqabbel ma' Lulju 2019. L-akbar qabża fl-inflazzjoni, skont iċ-ċifri ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjnali tal-Istatistika (NSO) għal darb'oħra kien fil-prezzijiet tal-ikel u xarbiet mhux alkoħoliċi. Din ix-xejra 'l fuq issa ilha tiġi mmarkata xhur.
L-akbar tnaqqis fil-prezzijiet matul ix-xahar ta' Awwissu kien fis-servizzi u affarijiet relatati mal-edukazzjoni.
L-NSO, permezz ta' tabbelli juri kif minkejja li f'Awwissu r-rata ta' inflazzjoni laħqet l-ogħla rata, xorta baqgħet inqas minn Awwissu tas-sena l-oħra, meta l-inflazzjoni kienet fl-ogħla livelli.
L-ikel u xorb mhux alkoħoliku kif ukoll il-prezzijiet tal-lukandi u ristoranti, primarjament minħabba li Awwissu huwa fost l-aktar xahar popolari għat-turiżmu, kienu l-akbar fatturi li wasslu għall-inflazzjoni matul dan ix-xahar.