Topic Studios, b'kollaborazzjoni ma' Vespucci Group u Indiana Production se jkunu qed jaħdmu u jtellgħu serje televiżiv dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.
Dan tħabbar fuq is-sit popolari Variety.
Is-serje se jkun ibbażat fuq il-ktieb: Murder on the Malta Express: Who killed Daphne Caruana Galizia?
L-awturi huma Carlo Bonini ġurnalist investigattiv Taljan, Manuel Delia u John Sweeney ġurnalist tal-BBC.
Għadu mhux magħruf jekk dan is-serje hux se jinħadem f'Malta, għalkemm kelliem għal Indiana Productions qal li x'aktarx aktar le milli iva.
Lanqas ma hu magħruf meta se jkun lest u jixxandar dan is-serje.