16 ta' Ottubru 2017. Ġurnata sewda fl-istorja ta' Malta. Ftit qabel it-tlieta ta' waranofsinhar tiġri l-aħbar li bomba qatlet lil Daphne Caruana Galizia.
Sentejn wara, l-għajta għall-ġustizzja li nstemgħet dakinhar mhux biss f'Malta iżda madwar l-Ewropa kollha għadha qed tidwi.
Tlett irġiel qed ikunu akkużati bil-qtil tagħha, iżda l-uniku ħaġa ċerta sa issa hija li l-ebda wieħed minn dawn ma kien il-moħħ wara l-qtil tagħha.
Intant, illejla, fis-6:00pm se tiġi ċċelebrata quddiesa fil-knisja tal-Franġiskani fi Triq ir-Repubblika u wara manifestazzjoni mill-Pjazza Tritoni sa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Hemmhekk se jsiru numru ta' diskorsi, fosthom mill-eks President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, l-eks MEP Ana Gomes, is-Sindku ta' Palermo Leoluca Orlando u l-attivista Norman Vella.
Is-sit ilum.com.mt se jkun qed iwaslilkom permezz ta' filmati u rapurtaġġ dak li se jkun għaddej fil-Belt Valletta