Għadd ta' persuni nġabru fil-Bidnija għal manifestazzjoni silenzjuża fil-ħin eżatt li fih, bħal-lum sentejn, splodiet il-bomba fil-karozza li ħasdet il-ħajja ta' Daphne Caruana Galizia.
Ħafna minn dawk preżenti kienu qed iżommu xemgħat, ritratti ta' Daphne, fjuri u anke messaġġi u poġġewhom fil-post eżatt fejn spiċċat il-vettura malli splodiet il-bomba.
Fost il-persuni li attendew, kien hemm diversi Deputat tal-Partit Nazzjonalista, inkluż l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, Karol Aquilina u anke l-Ewroparlamentari Roberta Metsola.
Dan jikkuntrasta sew ma' dak li seħħ dalgħodu, meta oħt Daphne Caruana Galizia keċċiet lil Delia minn fuq il-mafkar, quddiem il-Qorti, waqt li akkużat lil dawk li kienu miegħu u għajrithom "qabda ħallelin."
Intant, illejla, se ssir manifestazzjoni fil-Belt Valletta.
Din tibda fis-6:00pm b'quddiesa fil-knisja tal-Franġiskani u tkompli fis-7:15pm b'manifestazzjoni tul Triq ir-Repubblika.