Ammont kbir ta' Pulizija armati daħlu fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far fejn seħħet ir-rewwixta matul il-lejl li għadda u arrestaw għadd ta' immigranti.
Għadu mhux magħruf kemm ġew arrestati immigranti għalkemm ftit tal-ħin ilu wasal it-tielet vann.
Fil-fatt, it-tliet vannijiet li waslu fiċ-ċentru telqu mimlijin b'madwar 40 immigrant kull wieħed.
Dawn ittieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex ikunu mistoqsija.
Grupp ieħor kbir ta' Pulizija qiegħed jistenna barra ċ-Ċentru.
F'ħin minnhom, minn barra, mara setgħet tinstema' tgħajjat u wara nstema' wkoll xi taħbit iżda kollox reġa' kkalma ftit wara.