L-aktar numri u ċifri importanti tal-Baġit
L-ILLUM tat ħarsa lejn l-aktar numri importanti tal-Baġit.

minn Yendrick Cioffi

Min nhar it-Tnejn li għadda poġġa bilqiegħda fuq sufan jew waqt li qed jiekol qagħad jisma’ d-diskors tal-Baġit, x’aktarx li ntilef fin-numri u l-persentaġġi. L-LLUM tat ħarsa lejn l-aktar numri importanti tal-Baġit.
4.7% - Kemm kibret l-ekonomija Maltija fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena
1.4% - Il-medja tat-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea. Tliet darbiet inqas minn dak f’Malta
230,000 – In-numru tan-nies impjegati f’Malta matul din is-sena
90% - Huwa l-persentaġġ ta’ kemm inħolqu impjiegi ġodda mas-settur privat
€14-il biljun – Kemm hu mbassar li tkun tiswa l-ekonomija Maltija fl-2020
4.3% - B’kemm il-Gvern qed jipprevedi li se tkompli tikber l-ekonomija Maltija matul l-2020
1.4% - Is-surplus li l-Gvern qed jipprevedi li jagħmel fl-2020
€181.48 – Iż-żieda li se jieħdu l-ħaddiema f’sena bħala kumpens għall-għoli tal-ħajja
€15 – Bonus ta’ darba li se jingħata lil kull persuna li tgħix waħedha
€35 – Bonus ta’ darba li se tingħata kull familja b’aktar minn persuna waħda
€11.5 miljun – Kemm se tiswa l-miżura tar-rifużjoni tat-taxxa li minnha se jibbenefikaw aktar minn 200,000 ħaddiem
15% - Ir-rata li biha se jibdew jiġu nxtaxxati l-ewwel 100 siegħa sahra
€364 – Iż-żieda li se jieħdu l-pensjonanti kollha f’sena
16,500 – L-ammont ta’ anzjani li se jibbenefikaw minn bonus li jvarja bejn €200 u €300 għal min ma jkunx ħallas biżżejjed bolol biex jikkwalifika għall-pensjoni minima
€10 – Kemm se jieħdu fil-ġimgħa pensjonanti romol (kemm jekk jaħdmu jew le) u li għandhom tfal taħt l-età ta’ 18-il sena
€13-il miljun – Kemm se jinvesti l-Gvern biex jindirizza l-inġustizzji u anomaliji tal-passat fir-rigward tal-pensjonijiet. 8,000 persuna se jibbenefikaw
€150 – L-għajnuna supplimentari li se jieħdu persuni, l-aktar anzjani, li huma f’riskju ta’ faqar
€350 – L-għotja li se jieħdu anzjani li għandhom ’il fuq minn 80 sena u li għadhom jgħixu f’darhom
900 – L-għadd ta’ anzjani (li għandhom 75 sena jew aktar) li jgħixu f’dar residenzjali privata u li mis-sena d-dieħla se jieħdu wkoll l-għotja ta’ €300
19,000 – L-anzjani ta’ 75 sena jew aktar li se jibbenefikaw minn trasport pubbliku b’xejn
€300 – Il-bonus li se jingħata lil kull min ikollu jew jaddotta tarbija mis-sena d-dieħla
€161.40 – Pagament fil-ġimgħa lil dawk li jibbenefikaw mill-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa
8 – Is-snin kemm il-Gvern lest iħallas bolol għal dawk il-ġenituri li jieqfu jaħdmu għax uliedhom ibatu minn mard rari
€6,500 – Kemm se jibdew jiffrankaw taxxa tal-boll il-first time buyers
€17,500 – Il-massimu ta’ kemm il-Gvern lest isellef lil dawk ta’ taħt l-40 sena li ma jkollhomx biex joħorġu f’salt l-10% depożitu biex jieħdu home loan.
€60 miljun – Kemm qed jinvesti l-Gvern fil-bini ta’ akkomodazzjoni soċjali
28 - In-numru ta’ proposti ambjentali mħabbra fil-Baġit
€0.13 – Kemm se jiswa kull unit elettriku għal min jiċċarġja vettura d-dar
€3,000 – Kemm lest jissusidja l-Gvern lil dawk il-ħwienet tal-merċa li jarmaw apposta biex ibigħu bl-użin (bil-konsumaturi jieħdu l-kontenituri magħhom)
€2 miljun – Kemm se jalloka l-Gvern għall-afforestazzjoni u l-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali
€200,000 – Kemm lest jagħti l-Gvern lill-kuntratturi li jbiddlu l-makkinarju għal wieħed li jniġġes inqas
€400 – Il-massimu li tista’ tieħu f’rifużjoni meta tixtri mutur, scooter u roti assisti b’mutur
€200 – L-għoti ta’ grant għal min jaqleb il-vettura biex taħdem bil-gass minflok bil-petrol
€850 – Kemm se jagħti l-Gvern liż-żgħażagħ li jitgħallmu lingwa barranija f’pajjiż ieħor
2.7 miljun – L-għadd ta’ turisti li se jkunu żaru pajjiżna din is-sena.
€10,000 – Il-massimu ta’ kemm tista’ tixtri bi flus kontanti
€1,000 – Il-massimu ta’ kemm iħallsu eNGOs meta jappellaw deċiżjonijet tal-PA
