Wieħed mill-akkużati fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż ta 24 siegħa ċans lill-awtoritajiet sabiex jesebixxu fil-Qorti r-rekords tal-interċetti li wasslu għall-arrest tiegħu.
L-avukat ta’ George Degiorgio, William Cuschieri ppreżenta din it-talba dalgħodu. Fl-applikazzjoni hu jirreferi għat-talbiet li diġà kien għamel fix-xhur li għaddew fosthom dik ta'’Awwissu li għadda quddiem il-qorti Kriminali u l-Kawża Kostituzzjonali li ppreżenta fil-bidu ta’ dan ix-xahar.
“Minkejja t-talbiet kollha, għadna ma rajniex dawn it-traskrizzjonijiet taħt ġurament u l-mandat li suppost awtorizzhom. Skontu dan hu ksur tal-liġi.
Cuschieri qal li din se tkun ‘l-aħħar twissija’ u fin-nuqqas ta’ qbil Degiorgio se jkun qed jipproċedi kontra l-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà.