F'Settemrbu li għadda n-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw kien ta' 1,688, tnaqqis ta' 8% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.
Dawn iċ-ċifri juru illi f'Settembru li għadda dawk li jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru naqsu b'127 u dawk li jirreġistraw fit-tieni parti naqsu, minimament, jiġifieri bi 18. Il-qgħad naqas fost l-etajiet kollha filwaqt li l-akbar tnaqqis kien fost dawk li kienu ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena.
Anke l-qgħad fost persuni b'diżabilità naqas, bi 17 meta mqabbel mas-sena l-oħra. B'kollox kien hemm 227 persuna b'diżabilità li qed jirreġistraw sa Settembru li għadda. Il-maġġoranza ta' dawn, jew 68.7%, kienu rġiel.
L-iktar xogħol mfittex minn dawk li qed jirreġistraw sa Settembru kien dak klerikali, b'18.5% u 38% tal-irġiel u n-nisa rispettivament ifittxu dan ix-xogħol.