F'Mejju li għadda il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea organizzaw l-elezzjoni biex jeleġġu Membri Parlamentari Ewropej. Minkejja li wieħed jista' jgħid illi issa din l-elezzjoni hija parti mill-istorja, l-Parlament Ewropew ippubblika rapport dwar din l-istess elezzjoni li turi, fosthom, il-kwistjonijiet li fuqhom l-Ewropej ivvutaw.
L-aktar ħames raġunijiet imsemmijin mill-votanti kienu, it-tkabbir ekonomiku minn 44%, l-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima (37%), il-promozzjoni tad-drittijiet u d-demokrazija (37%), kif l-UE għandha taħdem għall-futur (36%) u l-immigrazzjoni (36%).
Kwistjonijiet oħrajn msemmijin mill-votanti kienu; il-protezzjoni soċjali għal ċittadini tal-UE (29%), il-ġlieda kontra t-terroriżmu (26%), qgħad fost iż-żgħażagħ (25%) u l-politika dwar id-difiża (25%).
Iktar minn nofs dawk il-votanti li pparteċipaw f'dan l-eżerċizzju qalu illi huwa dmir tagħhom li jivvutaw (52%).