Esklussiva | Mozzjoni ta' Delia jaf tipposponi l-Kunsill Ġenerali ta' Novembru

Jekk tgħaddi din il-mozzjoni fil-Kumitat Eżekuttiv ilejla l-elezzjoni għall-uffiċjali ġodda, inkluż dik ta' Segretarju Ġenerali issir f'Marzu

Dan is-sit jinsab infurmat li waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li qed jiltaqa' bħalissa tressqet mozzjoni minn Adrian Delia u li ġiet sekondata mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, biex il-Kunsill Ġenerali li kellu jsir f'Novembru minflok jiġi pospost. 

Sa issa is-sorsi li tkellmu ma' dan is-sit qalu li għadhom mhumiex ċerti għaliex se jsir dan, imma jidher illi huwa definittiv li l-Kunsill Ġenerali mhux se jsir.

L-uffiċjali l-ġodda tal-PN, inkluż is-Segretarju Ġenerali allura, minflok se jiġu eletti f Marzu li ġej. Sorsi fil-PN qalu lill-illum.com.mt li kien Louis Galea li rrakkomanda din il-proposta wara wkoll kuntatt li kellu mal-Kumitati u mal-membri tal partit. 

Dan ifisser li għalissa l-elezzjoni għall-kariga ta' Puli wkoll se tkun posposta sa Marzu.

Jirriżulta li Louis Galea qed jaħdem iktar fil-qrob, kemm mal-Kap tal-PN Adrian Delia kif ukoll mas-Segretarju Ġenerali tal-istess partit Clyde Puli fl-aħħar ġimgħat.

More in Politika