Inawgurat ċentru f'Għawdex biex minnu jaħdmu kumpaniji innovattivi u diġitali
Il-Gozo Innovation Hub se jkun qed joħloq madwar 120 impjieg ġdid f’Għawdex
More in Politika
Il-Gozo Innovation Hub se jkun qed joħloq madwar 120 impjieg ġdid f’Għawdex
Il-Prim Ministru Joseph Muscat, akkumpanjat mill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Chris Cardona u mill-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana, inawgura l-Gozo Innovation Hub.
Dan sar b’investiment ta’ €9 miljun mill-Malta Industrial Parks u huwa kofinanzjat mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali.
Dan iċ-ċentru ta’ negozju ta’ 9,000 metru kwadru se jservi bħala destinazzjoni għal dawk in-negozji innovattivi u diġitali li jaħdmu fuq l-intelliġenza artifiċjali, cybersecurity, blockchain, fost oħrajn.
Il-Gozo Innovation Hub se jkun qed joħloq madwar 120 impjieg ġdid f’Għawdex.
“Qed nassoċjaw lil Għawdex, li dejjem kien meqjus bħala l-parti mill-gżejjer tagħna għal xogħol back office, mal-innovazzjoni. Ma’ attivitajiet ekonomiċi li huma high-value-added – impjiegi li jħallsu tajjeb u li jtejbu l-livell ta’ għajxien kemm ta’ min jaħdem f’Għawdex u anke ta’ min jgħix f’Għawdex,” saħaq il-Prim Ministru.
Noovle, li huma premium partners ta’ Google, kif ukoll J2 Limited flimkien ma’ Microsoft, huma l-ewwel żewġ kumpaniji li ġew ikkonfermati biex joperaw minn dan is-sit.
Il-Ministru għal Għawdex ħabbret ukoll li preżentament għaddejjin taħdidiet ma’ kumpaniji ta’ profil biex jiftħu l-uffiċini tagħhom f’Għawdex u b’hekk inkomplu nżidu l-opportunitajiet għall-ħaddiema Għawdxin.