Ricky David Hunkin inħatar bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta bil-kariga tiegħu tidħol fl-effett fl-1 ta’ Jannar 2020.
Dan tħabbar wara li l-Kap Eżekuttiv attwali, Mario Mallia kien informa lill-bank li wara li jintemm it-terminu tiegħu, fl-aħħar ta’ din is-sena, ma xtaqx li jerġa’ jinħatar għal terminu ieħor.
Il-Bank of Valletta saħaq li Hunkin għandu esperjenza kbira internazzjonali fis-settur bankarju fejn ħadem fl-aqwa banek tar-Renju Unit u lilhinn fl-aħħar 40 sena.
Fost oħrajn, qabel ma ssieħeb fil-bank, Hunkin kien Chief Risk Officerta’ Chetwood Financialu kellu karigi importanti f’GE Money, Northern Rock, Tesco Bank, Williams & Glyn (Royal Bank of Scotland) u l-Provident Financia.
Hunkin se jkun qed ipoġġi wkoll fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Bank bħala Direttur Eżekuttiv.
Ġimgħat ilu, il-gazzetta oħt MaltaToday irrapportat dwar din il-ħatra. Aqra aktar dettalji dwar dan billi tagħfas hawn