Filmat | 'Chetcuti Cauchi jilqgħu l-'verità' dwarhom u l-'gideb' tal-programm Franċiż
Minkejja l-filmat fuq programm investigattiv Franċiż li juri lil kelliem tad-ditta Chetcuti Cauchi jiftaħar bil-kuntatti, d-ditta tilqa' l-konklużjonijiet tar-Regolatur u tgħid li l-programm huwa giddieb
15 ta' Novembru 2019 11:25 minn Albert Gauci Cunningham
Id-ditta legali Chetcuti Cauchi fi stqarrija laqgħet il-konklużjonijiet tar-Regolatur f'rapport illi kien ippubblikat mill-Gvern. Dan ir-rapport saħaq li mhux minnu li l-applikazzjonijiet kollha li saru minn Chetcuti Cauchi ġew approvati, tant li jirriżulta li 16% tal-applikazzjonijiet tagħha ġew miċħuda. L-istess rapport ikompli jgħid li mill-investigazzjoni li saret jirriżulta li Chetcuti Cauchi ma pproċessa l-ebda applikazzjoni f’isem persuni b’passat kriminali.
Id-ditta legali Chetcuti Cauchi spiċċat f’nofs kontoversja wara li l-programm Franċiż Enquête Exclusive, ippubblika programm fejn ġurnalist Franċiż mar fl-uffiċini ta' Chetcuti Cauchi biex jistaqsi dwar il-programm taċ-ċittadinanza Maltija. Il-ġurnalist, ippoża daqslikieku kien rappreżentant legali ta’ klijenti Afrikani li kienu interessati li jixtru ċ-ċittadinanza Maltija.
Kienu fil-fatt rappreżentanti tal-istess kumpanija illi fil-filmat li kien qed jittieħed ftaħru b'għarfien u kuntatti ma' politiċi, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle Muscat. L-avukat Malti, Jean-Philippe Chetcuti fil-fatt jinstema’ jiftaħar fuq kemm għandu relazzjoni tajba ma' Muscat, fosthom għax kien l-iskola miegħu. Jinstema’ jsemmi wkoll kif martu hija ħabiba tas-Segretarju Parlamentari responsabbli miċ-Ċittadinanza, Julia Farrugia Portelli.
"Ir-regolatur wera' b'mod ċar illi l-allegazzjonijiet li saru fuq it-TV kienu foloz," qalet id-ditta anke jekk kien kelliem għall-kumpanija li qal il-kliem li deher fid-dokumentarju dwar Malta li qal ħafna mill-kliem li ġie rrappurtat (Ara filmat iktar l-isfel). "Peress li konna nafu l-verità mill-bidu u anke kemm jigdeb dan il-programm, il-konklużjonijiet ma ssorprendewniex," qalet id-ditta legali. Fl-istqarrija d-ditta Chetcuti Cauchi kompliet tgħid li r-rapport juri mhux biss il-mod tajjeb li biha ħadmet il-kumpanija imma wkoll kemm hi stretta, professjonali u imparzjali.
"Aħna dejjem ġibna ruħna b'mod etiku, professjonali u b'diliġenza kbira u qatt ma ksirna l-lipi." Id-ditta temmet tgħid li qegħd tikkopera mal-aworitajiet kompetnti.
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....