L-MUT b'ultimatum dwar assigurazzjoni għall-għalliema

L-unjin tgħid illi l-Gvern jidher illi biddel il-politika tiegħu u qed jassigura numru ta' ħaddiema tal-Gvern, għalhekk bagħtet lill-Ministru, iżda dan ...

Il-Malta Union of Teachers (MUT) qalet illi għal snin sħaħ ilha tappella lill-Gvern biex l-edukaturi jkollhom assigurazzjoni u "għal snin il-pożizzjoni tal-Gvern kienet li uffiċjali pubbliċi m'għandhomx ikunu assigurati." 

L-MUT qalet illi żviluppi riċenti qed juru illi l-pożizzjoni tal-gvern inbidlet u numru speċifiku ta' ħaddiema qed ikunu assigurati. Fl-istqarrija l-MUT qalet illi kkorispondiet mal-Ministeru dwar dan imma dan ma weġibx. 

"Fid-dawl ta' dan l-MUT tat ultimatum lill-Ministeru biex jibda diskussjonijiet f'dan ir-rigward. Jekk ma jibdewx diskussjonijiet l-unjin lesta illi tibda azzjoni industrijali."

L-ultimatum huwa sal-25 ta' Novembru. 

 

 

More in Politika