Delia jkompli jippompja l-appoġġ għall-protesta ta' għada organizzata minn Repubblika

Bla dubju din hija wkoll parti mit-tentattivi ta' Delia biex jibni pontijiet ma' sezzjoni ta' Nazzjonalisti li abbandunawh

Adrian Delia, Kap tal-PN
Adrian Delia, Kap tal-PN

Fi stqarrija l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sostna illi llum huwa aktar importanti li l-Oppożizzjoni tkompli l-kritika tagħha kontra l-korruzzjoni "u għada ningħaqdu mal-protesta li ssejħet kontra l-korruzzjoni." 

Delia kien qed jagħmel referenza għall-fatt li għall-ewwel darba l-PN se jkun qiegħed, uffiċjalment, jattendi għal attività organizzata minn Repubblika. Din il-mossa qed titqies bħala waħda kruċjali minn naħa ta' Delia biex jibni l-pontijiet ma' fazzjoni fil-Partit Nazzjonalista li ma tridx taf bih u li probabilment ma marritx tivvota fl-elezzjoniiet tal-Parlament Ewropew. 

Delia sostna illi kellhom jgħaddu sentejn biex il-Gvern jaċċetta li jagħmel dmiru, u f'dawk is-sentejn filwaqt li naqas milli jipproteġi l-interess pubbliku għadda lil pajjiż minn skrutinju u kritika qawwija.

Il-Gvern ilu aktar minn sentejn jirrifjuta li jaqdi l-obbligi tiegħu fil-konfront tad-drittijiet fundamentali tal-familja Caruana Galizia u fl-interess pubbliku. F'dan kollu l-Gvern u b'mod partikolari l-Prim Ministru ħalla wkoll lill-Kap tal-Uffiċċju tiegħu Keith Schembri, jkompli għaddej qisu xejn mhu xejn u dan anke issa wara li l-istess Schembri rrifjuta li jixhed biex ma jinkriminax ruħu," sostna l-Kap tal-PN. 

 

 

More in Politika