Ritratti | 'Il-Gvern iddisprat biex ma jinqabadx ... ma jafx iqumx għada fil-poter jew fil-manetti' - Manuel Delia

Waqt protesta kontra l-korruzzjoni fil-Belt Valletta Egrant, 17 Black, Daphne u riżenji fost il-messaġġi ta' folla mdaqqsa rrabjata ...

Il-folla preżenti ilejla Ritratti | James Bianchi
Il-folla preżenti ilejla Ritratti | James Bianchi

Waqt protesta li saret ilejla fil-Belt Valletta Manuel Delia qal li l-Gvern jinsab iddisprat biex ma jinqabadx, anke qabel ma Schembri waqqa' l-libelli. "Daqshekk ippoppa sidru biex jixhed għax qal li Simon Busuttil mhux qed iħallieh," qal Delia għal-għajjat ta' 'Simon, Simon'

"Keith ma jafx x'nafu fuqu u x'se nistaqsuh kieku joqgħod imqar kwarta magħna. Aħseb u ara kieku jkun taħt maġistrat serju fil-pedana tax-xhieda," irbombja leħen Delia fil-pjazza quddiem il-Qorti. Donnu jaf xi ħaġa hu stess, Delia qal li għad hemm x'niskopru. 

Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

"Meta ma tkunx taf għada hux se tqum fil-poter jew fil-manetti għax min ma jixhidx għax jista' jinkrimina ruħu, x'ngħidulu? Mhux kriminal?" staqsa l-attivist ta' Repubblika. Filwaqt li reġa fakkar li Schembri ritira l-kawża, qal illi dan ifisser li Simon Busuttil kellu raġun u rebaħ . 

"Mela ngħajtulu aħna lkoll: inti korrott, korrott, korrott.." għajtet il-folla preżenti ma' Delia

 Manuel Delia sostna illi kuljum "ġejna u x-xemgħa tat-tama li tfewlna kuljum erġajna xegħlnieha kuljum. Hawn nies hawnhekk li ma jaqblux fuq ħafna affarijiet imma lkoll naqblu li aħna kontra l-korruzzjoni, naqblu li aħna kontra li nkunu ggvernati mill-ħallelin, kontra min joqtol biex jgħatti lil min jisraq," sostna Delia għall-approvazzjoni ta' dawk preżenti. 

"Keith Schembri, dak il-korrott ħareġ mill-moħba mudlama u qal li mhux kapaċi jwieġeb"

Mark Anthony Sammut, l-eks President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, qal illi fi ftit jiem oħrajn id-Deputati Parlamentari jridu jwieġbu dwar persuna li mhux kapaċi jixhed illi mhux korrott fil-Qorti. "Onorevoli," qal f'indirizz lill-Membri Parlamentari lokali, "intom rappreżentanti tal-poplu u mhux delegati tal-partit. Il-ġurament tal-lealtà li ħadtu kien lejn ir-repubblika u mhux lejn il-Mexxej," sostna Sammut għaċ-ċapċip ta' dawk preżenti. 

Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi
Adrian Delia waqt il-protesta tal-lejla. Ritratt | James Bianchi
Adrian Delia waqt il-protesta tal-lejla. Ritratt | James Bianchi
Ritratti | James Bianchi
Ritratti | James Bianchi

Hu kien qed jirreferi għall-mozzjoni mressqa mill-Partit Nazzjonalista, ta' sfiduċja fl-istess Schembri. 

Sammut sejjaħ lil Schembri 'korrott' diversi drabi u akkużah illi nhar it-Tnejn "ħareġ mill-moħba mudlama tiegħu u l-istess korrott qal li ma setax iwieġeb."

"L-indifferenza hija l-akbar alleat ta' dawn il-korrotti," sostna Sammut li kompla jgħid illi l-ġlieda trid issir fid-dawl, "fejn jinkixfu ta li huma l-korrottI: Għarwenin u maħmuġin." 

'Keith Schembri daħal il-Qorti qisu ljun u ħareġ qisu ġurdien' 

Vicky Ann Cremona, attivista ta' Repubblika, qalet li Schembri daħal il-Qorti "qisu ljun imma ħareġ qisu ġurdien mwerwer" u qalet illi kien wasal f'punt ta' arrest, kważi. "Fuq ċerti mezzi tax-xandir l-istorja ġiet mdawra daqslikieku Schembri kien il-vittma," qalet Cremona li sostniet li huwa diżgustanti li tingħata stampa li mhix minnha dwar l-istess Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. 

Se nibqgħu niġġildulhom. Se nibqgħu niġru warajhom sakemm issir il-ġustizzja Vicky Ann Creamina

Hija għamlet referenza għal Karl Stagno Navarra, għalkemm ma semmitux b'ismu u qalet li dan qed jaħseb li kulħadd jibla' kollox, "bħal ma jibla' hu minn dawk li jħalsulu l-paga."  

Hi qalet illi minn meta Daphne Caruana Galizia nqatlet "Malta nbidlet u minn dakinhar sal-lum sirna nafu ħafna affarijiet oħrajn, fosthom li Yorgen Fenech huwa sid 17 Black ... kollox maħdum bizzilla," qalet Cremona. 

"Se nibqgħu niġġildulhom. Se nibqgħu niġru warajhom sakemm issir il-ġustizzja, sakemm il-verità toħroġ kollha u l-poplu kollu jsir jaf bl-ovxxenitajiet li qed iseħħu. M'aħna se naqtgħu qalbna qatt" saħqet Cremona għaċ-ċapċip ta' dawk preżenti. 

Għalfejn issejhħet il-protesta u min attenda?

Il-protesta ssejħet wara l-aħħar żviluppi fil-każ tal-kumpanija fid-Dubaj 17 Black u hekk kif ic-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri waqqa' libell li fetaħ kontra l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li waqt meeting simili gal tal-lejla kien għajjar lil Schembri 'korrott'.

Preżenti fost il-folla ta' mijiet ta' attivisti kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli. Preżenti kien hemm ukoll id-deputati Nazzjonalisti Simon Busuttil u Karol Aquilina. 

Il-familja ta' Daphne Caruana Galizia. Ritratt | James Bianchi
Il-familja ta' Daphne Caruana Galizia. Ritratt | James Bianchi

 

More in Politika