Malta bit-tieni l-ogħla rata ta' applikazzjonijiet għall-ażil fl-Unjoni Ewropea sa Settembru

Ċipru u Malta fuq quddiem fir-rata ta' applikazzjonijiet għall-ażil mill-pajjiżi kollha tal-UE, jiżvela l-EASO

45.8% ta' dawk li ngħataw ażil m'għandhomx xogħol
45.8% ta' dawk li ngħataw ażil m'għandhomx xogħol

Ċifri maħruġin mill-EASO juru illi fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena Malta u Ċipru kienu l-pajjiżi bl-ogħla rata ta' applikazzjonijiet għall-ażil, ras għal ras. L-uffiċċju li fil-fatt jieħu ħsieb jipproċessa l-istess applikazzjonijiet qal illi Malta kienet qed tirċievi 700 applikazzjoni għal kull miljun abitant, li huwa inqas minn Ċipru (1,500 kull miljun) pero iktar mill-Greċja (450 kull miljun). 

B'kollox fl-Unjoni Ewropea, fl-ewwel disa' xhur tas-sena, irċeviet aktar minn nofs miljun applikazzjoni għall-ażil, preċiżament 515,825 jew żieda ta' 10%. 

Sa issa 34% irċevew risposta pożittiva.

Il-maġġoranza tal-applikanti kienu Sirjani, Afgani u ċittadini tal-Venezuela, fil-fatt dawn flimkien iffurmaw kwart l-applikazzjonijiet kollha tal-ażil fil-pajjiżi tal-UE. 

 

More in Politika