Huma u ħerġin mill-laqgħa tal-Kabinett dalgħodu l-Ministri tal-Gvern kienu mistoqsijin dwar il-maħfra Presidenzjali li dalgħodu wkoll il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li lest li jagħti lill-intermedjarju fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Muscat qal li ħa din id-deċiżjoni waħdu, jiġifieri ma kinitx deċiżjoni diskussa jew deċiża fil-Kabinett. "Nemmen li anke minħabba preċedenti oħra li kien hemm fil-każi ta' maħfriet Presidenzjali, li għandi nerfa' din ir-responsabbilità waħdi," insista Muscat.
Huma u ħerġin il-Ministri kienu mistoqsijin x'jaħsbu dwar din il-maħfra u jekk iħossux li huwa sew li din ma kinitx diskussa mal-Kabinett.
Il-Ministri kollha wrew l-appoġġ tagħhom għall-maħfra