Membru mis-Segretarjat tal-Ministru Chris Cardona kienjinsab id-Depot fejn ġie mitkellem mill-Pulizija. Hu mifhum li l-istess persuna tħalla jirritorna lura d-dar ftit wara.
Dan qed iseħħ wara li lbieraħ il-Ministru Cardona stess intalab imur id-Depot, aħbar li kkonferma hu stess aktar tard, fejn fost oħrajn kien mistoqsi dwar il-każ tal-burdell Acapulco.
Fil-fatt f'kummenti mal-illum.com.mt, ftit wara li telaq mid-Depot, Cardona qal illi hu kien mistoqsi, fost l-oħrajn, dwar ir-relazzjoni tiegħu ma' Melvin Theuma, jekk ħallasx xi flus lil xi ħadd relatat mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u għalfejn waqqa' l-libelli kontra l-istyess Caruana Galizia..
Iktar kmieni llum Yorgen Fenech reġa' ttieħed id-Depot wara xi sigħat li qatta' l-isptar wara uġigħ f'sidru.