Iktar persuni interrogati dwar il-qtil ta' Caruana Galizia

Yorgen Fenech jibqa' jinsisti għal maħfra biex jikxef ...

Fis-sigħat illi għaddew il-Pulizija kompliet tinterroga numru ta’ persuni oħra fil-każ dwar l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Dan fil-fatt qaluh l-pulizija fi stqarrija hekk kif qed ikomplu joħorġu ħafna aktar stejjer li jindikaw illi Yorgen Fenech lest illi jikxef jekk jingħata il-maħfra Presidenzjali. Xi portals qed jgħidu li Fenech lest jikxef ukoll sehem Keith Schembri f'każi ta' korruzzjoni, xi ħaġa li dan is-sit ma jistax jikkonferma b'ċertezza. 

Dan huwa l-aħħar żvilupp hekk kif ikomplu għaddejjin il-ġranet illi matulhom ikollna żviluppi kważi kull ftit ħin. 

Fenech kellu l-jott interċettat hekk kif bħal lum ġimgħa dan ħareġ bih u huwa mifhum li kien se jitlaq mill-pajjiż wara li inqabad l-intermedjarju fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma. Minn hemmhekk bdew żviluppi li waslu għall-Ministru Chris Cardona fid-Depot kif ukoll xi ħaddiema tiegħu. 

Mill-lat politiku, lbieraħ tlaqqa' l-Grupp Parlamentari fl-isfond ta' stqarrija mill-Ministru Evarist Bartolo li Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi għandhom jirriżenjaw. 

 

More in Politika