Meta kien qed jitkellem ilejla fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sostna illi minflok keċċa lil Keith Schembri dan qagħad jirringrazzjah tal-ġid li għamel lill-pajjiż. "Muscat kellu għażla. Għażla li jkeċċi lil Keith Schembri. Minflok qagħad jirringrazzjah. Jirringrazzja lill-persuna li qiegħda taħt investigazzjoni, lil persuna li għandha akkużi fil-konfront tagħha li qatt ma smajna bihom fil-politika."
"U qallilna li he moves on. Moves on?" staqsa Delia sarkastikament. "Muscat jeħtieġ iġorr ir-responsabilità. L-akbar għadu tal-istabilità f'pajjiżna huwa l-Prim Ministru nnifsu," saħaq f'diskors pjuttost b'saħħtu ta' Delia.
"In-nies fit-toroq qed jgħidulkom li dan mhux dwar il-Labour jew Nazzjonalisti. Dan huwa mument ta' pajjiżna, din is-siegħa ta' Malta fejn kull min jemmen f'pajjiżna għandu jqum, jitkllem u jagħmel xi ħaġa," sostna Delia
Muscat seta' jammetti minflok li, "f'sitt snin kissirna pajjiż. Kissirna x-xogħol u l-ħidma ta' dawk li jemmmnu fis-sewwa,minflok irringrazzjah."