Keith Schembri kien jaf b'dettalji fuq l-investigazzjoni li kienet qed issir mill-Malta Security Service, li kienet diġà qed timmira lejn Fenech bħala wieħed mill-persuni li qatlu lil Daphne Caruana Galizia.
Dan ifisser li Schembri kien jaf fejn qed tmur din l-investigazzjoni fuq Fenech illi jidher li allega mal-pulizija illi Schembri kien ipprova jorganizzalu l-ħarba minn Malta għad-Dubaj, inċidentalment fil-pajjiż fejn kienet miftuħa l-kumpanija 17 Black.
Fenech, sid 17 Black u negozjant kbir, qed jisħaq illi jrid il-maħfra Presidenzjali biex jikxef lil Keith Schembri eks Chief of Staff tal-Prim Ministru. Fl-aħħar sigħat irriżulta li Fenech qed jippunta subgħajh lejn Schembri u jisħaq illi hu l-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.
(Din l-istorja qed tkun aġġornata)