'L-ebda bażi biex jitneħħa Keith Arnaud mill-investigazzjoni' - Il-Pulizija

'L-Ispettur Arnaud ilu sa mill-bidu tal-każ imexxi din l-investigazzjoni, bl-assistenza tal-Europol'

Fi stqarrija l-Korp tal-Pulizija qal illi l-investigazzjoni  fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ser tibqa’ għaddejja bla interruzzjonijiet, "u qed tieħu daqshekk fit-tul minħabba n-natura u ċ-ċirkostanzi tal-każ." Il-Pulizija qalet li ma tirriżulta l-ebda bażi għaliex l-Ispettur Keith Arnaud għandu jitneħħa minn din l-investigazzjoni," kompliet tgħid l-istqarrija. Il-pulizija qalet illi "xhieda ta’ dan huma r-riżultati li nkisbu s’issa. L-Ispettur Arnaud ilu sa mill-bidu tal-każ imexxi din l-investigazzjoni, bl-assistenza tal-Europol li baqgħu u għadhom sal-ġurnata tal-lum, involuti attivament fl-investigazzjoni. "

L-istqarrija tkompli tgħid li fejn il-Pulizija qed tiġbor kull tip ta’ evidenza possibli u tinvestiga kull allegazzjoni u d-diversi verżjonijiet mgħotija lill-Pulizija sabiex toħroġ il-verita’.

"Il-Maġistrat Inkwirenti qiegħed jiġi kontinwament aġġornat bl-iżviluppi fil-każ."

More in Politika