Il-Kabinett illejla qiegħed jiddiskuti il-maħfra Presidenzjali li talab Yorgen Fenech, is-sid tal-kumpanija 17 Black li qed ikun investigat b'rabta mal-qtil ta' Daphne.
Ftit kienu l-Ministri li kkummentaw huma u deħlin, bl-aktar dikjarazzjoni ċara ġiet mid-Deputat PM Chirs Fearne li saħaq li s-sitwazzjoni "hija serja ħafna."
Aktar qabel
Illejla se tkun qed issir l-laqgħa urġenti tal-Kabinett f'Kastilja, wara l-aħħar żviluppi li seħħew illum.
Jidher li l-laqgħa se tibda għall-ħabta tat-8:30pm.
Aktar kmieni illum, Yorgen Fenech talab biex l-Ispettur Keith Arnaud jitneħħa mill-investigazzjoni, liema talba ma ġietx milqugħa.
Ilbieraħ Fenech għamel akkuża serja ħafna meta qal li Keith Schembri huwa l-mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Madanakollu sorsi qalu ma' dan is-sit li qed jieħdu b'ċertu kawtela din id-dikjarazzjoni serja.
Fenech qiegħed jitlob il-maħfra Presidenzjali biex jikxef lil Keith Schembri.