Keith Schembri jinħeles mill-arrest ... Yorgen Fenech jgħid li 'għandu x'jikxef'
Il-Pulizija saħqu li wara sigħat ta' investigazzjoni, raw li ma kienx hemm bżonn li Schembri jinżamm taħt arrest.
More in Politika
Il-Pulizija saħqu li wara sigħat ta' investigazzjoni, raw li ma kienx hemm bżonn li Schembri jinżamm taħt arrest.
L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri nħeles mill-arrest aktar tard illejla. Dan jirriżulta ftit wara li Muscat sejjaħ laqgħa urġenti tal-kabinett li matulha kienet diskussa l-maħfra Presidenzjali ta' Yorgen Fenech, is-sid tal-kumpanija 17 Black li qed ikun investigat b'rabta mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija, il-Pulizija saħqu li wara sigħat ta' investigazzjoni, raw li ma kienx hemm bżonn li Schembri jinżamm taħt arrest.
Madanakollu, rapporti qed jisħqu li Fenech qed jinsisti li għandu x'jikxef fuq 'persuni viċin il-Prim Ministru Joseph Muscat.' Skont it-Times, Fenech qabeż lill-Prim Ministru u talab il-proklama direttament lill-President George Vella.
L-istess Fenech fetaħ każ Kostituzzjonali biex jinsisti li l-Ispettur Keith Arnaud jitneħħa mill-każ. Taħt ġurament, Yorgen Fenech qal li Keith Schembri qallu li kien qed jirċievi aġġornamenti dwar l-investigazzjoni direttament mingħand Arnaud, inkluż informazzjoni dwar l-arrest tal-aħwa Degiorgio u Vince Muscat, f'Diċembru tal-2017.
Ilbieraħ Yorgen Fenech semmieh bħala l-mandant tal-qtil.
Dan is-sit, mill-ewwel kwota sorsi li kienu qed jisħqu li kellhom dubji serji kemm dan huwa minnu, anke għax Fenech kien għadda informazzjoni li ma kinitx ikkorraborata