Minkejja, apparentement, id-deċiżjoni tal-Kabinett li ma jagħtix maħfra presidenzjali lill-Yorgen Fenech u ftit wara wkoll li nħeles mill-arrest Keith Schembri l-laqgħa tal-kabinett għadha għaddejja għalkemm diġa huma s-sigħat bikrin ta' filgħodu. Fil-fatt b'kollox ilha għaddejja ħames sigħat.
Folla inġabret quddiem Kastilja tgħajjat 'assasini', 'mafja' u 'korrotti' lill-Ministri u l-PM li jinsabu ġewwa. Fost il-folla, ħafna minnha ta' żgħażagħ qamet ftit kommossjonin minħabba l-barikati. Il-folla bdiet tgħajjat 'mafja', 'mafja'. Fost dawk preżenti kien hemm Matthew Caruana Galizia, iben Daphne.
Mhux magħruf għalfejn il-laqgħa tal-kabinett qed iddum daqshekk minkejja li l-aħbar dwar Keitgh ħarġet madwar tliet sigħat ilu.
(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)