Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab għand il-President George Vella għal-laqgħa li l-kontenut tagħha għadu mhux magħruf.
Ilbieraħ f'konferenza ftit wara 3:00am, hekk kif intemmet laqgħa urġenti tal-Kabinett li bdiet fit-8:30pm, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li filwaqt li l-Kabinett iddeċieda li ma jagħtix il-maħfra Presidenzjali lil Yorgen Fenech, l-istess Fenech għamel talba uffiċjali diretta lill-President George Vella bil-għan li jagħtih il-proklama.
Fenech qed jisħaq li għandu biżżejjed informazzjoni biex jikxef persuni "viċin il-Prim Ministru."
Ilbieraħ, il-President George Vella kellu wkoll laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.