Melvin Theuma, l-allegat intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, x’aktarx li mhux se jkun qiegħed jixhed illum fil-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra t-tlett irġiel akkużati bil-qtil.
Hu mifhum li s-seduta tal-lum ġiet posposta fuq talba tal-Pulizija.
Theuma kellu jixhed illum kontra George Degiorgio, Alfred Degiorgio u Vince Muscat quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, wara li l-Avukat Ġenerali għamel talba quddiem il-Qorti Kriminali biex terġa’ tinfetaħ il-kumpilazzjoni.
Melvin Theuma kien arrestat fl-14 ta’ Novembru waqt rejd fuq ċirku ta’ ħasil ta’ flus.
Huwa ngħata l-maħfra Presidenzjali wara li kixef informazzjoni importanti dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.