Il-Grupp Parlamentari ta vot ta' fiduċja lill-Ministru Chris Cardona li reġa tpoġġa f'postu bħala Ministru għall-Ekonomija. Dan wara li kien hu stess li ssospenda lilu nnifsu l-ġimgħa l-oħra.
Illum rapport fuq is-Sunday Times jgħid li Keith Schembri xerred ittra li kienet titfa' il-ħtija tal-qtil ta' Daphne. Dan wassal biex ardona talab għall-protezzjoni.
Il-Grupp Parlamentari għażel hu b'mod unanimu li Muscat jagħżel hu kif jitlaq, jiġifieri jekk hux issa jew f'Jannar, qabel elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Laburista.
Intant il-Partit Laburista fi stqarrija fi starrija xi ftit jew wisq surreali lanqas biss għamel refernza għas-suġġett tal-laqgħa, jiġifieri l-futur ta' Joseph Muscat.
AKTAR QABEL: Bħalissa fil-fatt għaddejja laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista fil-Girgenti u dan fid-dawl ta' rapporti fuq l-illum.com.mt u siti oħrajn li żvelaw kif fil-fatt Muscat se jkun qed iħabbar li se jirriżenja, imma jibqa' Prim Ministru sat-18 ta' Janner meta ssir l-elezzjoni għal Mexxej Laburista ġdid.
Minkejja dan ilbieraħ ukoll il-ġurnal l-orizzont sostna li din hija 'invenzjoni total' u li l-Prim Ministru se jibqa'.
Membru tal-Kabinett sostna ma' dan is-sit ftit qabel daħal fil-laqgħa illi teżisti rabja fost il-Ministri u Segretarji Parlamentari għall-iżviluppi li qed iseħħu u li se jseħħu fil-partit u fll-Gvern. Din r-rabja hija, fost oħrajn, għax bosta ma jridux lil Muscat jitaq, filwaqt li oħrajn rrabjati għal kif żviluppat is-sitwazzjoni u fuq l-arresti ta' Keith Schembri.