Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew se tkun qed tasal Malta fis-sigħat li ġejjin biex bejn għada u l-Erbgħa tiltaqa’ ma’ diversi awtoritajiet b’rabta mal-aħħar żviluppi dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Id-delegazzjoni se tkun magħmula mill-Ewroparlamentari:
- Roberta Metsola
- Birgit Sippel
- Sophie In ‘T Veld
- Sven Giegold
- Nicolaus est
- Assita Kanko
- Stelios Kouloglou
Id-delegazzjoni se tkun qed tiltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat u mal-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici, mal-President George Vella, mal-Avukat Ġenerali Peter Grech, l-Ispeaker Anġlu Farrugia, il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u anke mal-Kamra tal-Avukati.
Se jiltaqgħu wkoll mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia u mas-soċjetà ċivili.