Filmat | Karol Aquilina u Clifton Grima jiġu fl-idejn
Deputati tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni spiċċaw imblokkati mid-dimostranti barra l-bini tal-Parlament
More in Politika
Deputati tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni spiċċaw imblokkati mid-dimostranti barra l-bini tal-Parlament
Deputati tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni spiċċaw imblokkati barra l-bini tal-Parlament fejn ma setgħux jitilqu, għax id-dimostranti dawru kull naħa tal-Parlament.
Dan wassal biex it-tensjoni tikber xi ftit jew wisq, tant li d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina u s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima spiċċaw fl-idejn u jitgħajru.
Xufiera u anke Deputati, fosthom is-Segretajru Parlamentari Chris Agius kellhom jifirduhom iżda fl-aħħar mill-aħħar spiċċaw biex talbu maħfra u ħadu b'idejn xulxin.
Id-Deputati tal-Gvern kienu milqugħa bil-bajd, karotti u anke flus foloz malli ħarġu mill-Parlament.
Grima jgħid li pprova jwaqqaf biss "provokazzjoni"
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Frima saħaq li l-argument li lbieraħ kellu ma’ Jason Azzopardi kien intiż biss biex iwaqqaf “sitwazzjoni ta’ provokazzjoni.”
“Filwaqt li kulħadd huwa f'liberta assoluta li jipprotesta fejn u meta jrid, m'huwa fl-interess ta' ħadd li jiżviluppaw ċirkostanzi fil-limitu tal-inaċċetabbli,” saħaq Grima waqt li fakkar li Deputati tħallew miżmuma fil-Parlament u ma setgħux imorru d-dar wara ġurnata xogħol.
“Il-Membri Parlamentari taż-żewġ naħat tal-kamra huma persuni b'familji d-dar ukoll. Nittama li hemm qbil f'dan il-pajjiż li l-vjolenza u l-intimidazzjoni m'humiex tollerabbli fuq ħadd,” insista Grima.
Aqra aktar: