Il-Ministru Owen Bonnici jappella għall-kalma ... imma jintlaqa' bil-bajd u 'messek tistħi'
Il-Ministru Owen Bonnici jfakkar li dan il-Gvern għandu mandat u dan il-mandat se jitwettaq sal-aħħar fil-Parlament iżda quddiem Kastilja jaqla' l-bajd minn grupp ta' nisa
3 ta' Diċembru 2019 11:12 minn Albert Gauci Cunningham
Il-Ministru Owen Bonnici appella għall-kalma u qal illi l-kalma hija l-aqwa u l-aħjar forma ta' rispett li l-partitarji Laburisti jistgħu juru lil Joseph Muscat. Muscat ħabbar illi rriżenja nhar il-Ħadd li għadda u qal li se jibqa' Mexxej Laburista sat-12 ta' Jannar, meta jkun magħżul Mexxej ġduid.
Il-Ministru Bonnici fakkar illi l-Gvern preżenti ingħata mandat qawwi ħafna mill-poplu "u aħna għandna l-obbligu li naraw illi dak il-mandat inwettquh sal-aħħar."
Bonnici qal li jrid jgħaddi messaġġ ta' kuraġġ, "jiena mhux se naqta' qalbi u dik il-fiduċja enormi li tfajtu fuq spallejna se nkompluha sal-aħħar."
Minkejja dan, huwa ntlaqa' bil-bajd minn grupp ta' nisa rrabjati ferm barra Kastilja, xena maqbuda mill-kameras ta' Euronews. Il-Ministru kien protett minn numru ta' puliżija.
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....