Muscat iwieġeb fil-Qorti lill-familja Caruana Galizia; 'Qatt ma ndħalt fl-investigazzjoni'

Il-PM jgħid li l-familja  qed tmur "fl-estrem" meta fi kliemu qed jinsinwaw li kull min ġie interrogat huwa ħati

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ressaq kontra protest kontra l-protest ġudizzjarju li l-familja Caruana Galizia ressqet ilbieraħ quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili biex Muscat ikun ordnat ma jibqax involut fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u hu stess jiġi mistħarreġ b’mod immedjat.

Fil-kontro proetst, il-Prim Ministru saħaq li Muscat "bl-ebda mod ma ndaħal jew ma qiegħed jindaħal jew ma bi ħsiebu jindaħal fl-investigazzjonijiet."

Jinsisti li l-familja qed tmur "fl-estrem" meta fi kliemu qed jinsinwaw li kull min ġie interrogat huwa ħati.

Joseph Muscat insista li l-iżviluppi li seħħew huma żviluppi importanti li fi kliemu "jikkonfermaw illi l-istituzzjonijiet tal-pajjiż ... jaħdmu u jagħmlu x-xogġol tagħhom sew."

Muscat ifakkar fi ftehim li kien hemm mal-familja biex inbidel il-bord li qed imexxi l-inkjesta pubblika u indipendenti dwar il-qtil u għalhekk saħaq li "jiskanta" kif issa qed jgħidulu li qed jindaħal fl-investigazzjoni.

Dwar it-talba tal-familja biex jiġi mistħarreġ, Muscat qal li hu bħala Prim Ministru u anke bħala ċittadin qatt ma ħares lejh bħala xi ħadd "'il fuq mil-liġi." 

More in Politika