Chris Cardona jisħaq li Keith Schembri għandu jitkeċċa mill-PL
Chris Cardona wieġeb lil Schembru u saħaq li ma kienx hu li rebbaħ lill-Partit Laburista 10 elezzjonijiet
More in Politika
Chris Cardona wieġeb lil Schembru u saħaq li ma kienx hu li rebbaħ lill-Partit Laburista 10 elezzjonijiet
Il-Ministru għall-Ekonomija u d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista saħaq li Keith Schembri għandu jitkeċċa “mill-partit illum qabel għada anke jekk issa wkoll tard wisq.”
Id-Deputat Mexxej Laburista kien skjett fi kliemu u saħaqt li “l-ħsara saret iżda l-partit irid jibgħat sinjal ċar - jekk le l-partit ikun kompliċi.”
Cardona insista li bħala Ministru żamm lura, issa issa “nqabeż kull limitu” u għalhekk ma jistax ma jikkummentax.
“Nixtieq nagħmilha ċara wkoll li kuntrarjament għal dak li ntqalma kienx Keith Schembri li rebbaħ lill-Partit Laburista 10 elezzjonijiet. Il-Partit Laburista rebaħ għax il-poplu kellu fiduċja fina u emmen li l-Partit Laburista biss għandu l-aqwa viżjoni għal pajjiżna,” saħaq Cardona b’referenza diretta għal dak li qal Keith Schembri nnifsu lill-midja wara li xehed fil-Qorti.
Tal-istess fehma ta’ Cardona huwa Jason Micallef li kiteb ilbieraħ iżda dalgħodu Deborah Schembri ħarġet għonqha għal Keith Schembri u saħqet li għandu jingħata l-benefiċċju tad-dubju.
Ittra li kellu fil-pussess tiegħu Yorgen Fenech, kienet tati struzzjonijiet lill-allegat mandant biex jitfa' l-ħtija fuq il-Ministru Cardona. Skont Yorgen Fenech, din l-ittra waslet għandu mingħand Keith Schembri.
Cardona kien issospenda lilu nnifsu mill-Kabinett sakemm kien interrogat mill-Pulizija iżda reġa' daħal lura ftit wara.